Ninni la tibkix iżjed
Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki
Għax aħna midinbin
Ejjew, ejjew ja anġli
Mis-sema, mija mija
Ħdejn Alla li ħalaqkom
Bambin ġewwa l-fisqija
Ninni la tibkix iżjed
Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki
Għax aħna midinbin
Ejjew taraw b’għajnejkom
Lil Alla Kbir tal-ħniena
Bambin sabiħ u ħelu
Ininni ġo benniena
Ninni la tibkix iżjed
Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki
Għax aħna midinbin
Ejjew araw o rgħajja
F’kemm faqar, f’kemm tbatija
Is-sid ta’ kollox twieled
Bin Alla, il-Messija
Ninni la tibkix iżjed
Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki
Għax aħna midinbin
Dieser text wurde 245 mal gelesen.