Joseph Calleja - Il-Kebbies Tal-Fanali Songtexte

Kull fl-għaxija
kif ma' l-għabex
tnin u tmut saħħet il-jum
jiġi Majsi bis-sellum
u jixgħelli taħt it-tieqa
fanal ċkejken
li tal-lejl itaffi d-diqa

Saħħti wkoll
qed inħossha tmut kuljum
iżda msejkna l-Poeżija
kull fl-għaxija
dlonk tixxabbat mas-sellum
u ġo qalbi tixgħel naqra ta' fanal
illi jtaffi ftit id-diqa sa ma jmut ta' ħajti l-fdal

Alla ħares ma kienx Majsi
illi jagħmel ftit tad-dija
u ma' Majsi Alla ħares
ma kenitx il-Poeżija!
Dieser text wurde 116 mal gelesen.